It-tim Nazzjonali Malti tar-Rugby League għandu bla dubju l-għola ranking dinji fuq bażi ta’ timijiet nazzjonali wara li fl-aħħar ranking maħruġ mill-International Rugby League, irriżulta li Malta mill-ħmistax -ilpost issa tinsab fir-raba’ post.
Riżultat ta’ dan kienet il-partita li ntlgħabet f’Mejju li għadda fil-Ground tal-Mosta fejn it-tim Malti immexxi minn Aaron McDonald ibbażat fl-Awstralja u Roderick Attard bħala head coach , fil-partita kontra Montenegro, it-tim Malti rebaħ 66-6 . F’Ġunju Malta tilfet kontra Lebanon f’Sydney. Jekk wieħed iqis li r-Rugby League beda f’Malta fl-2005 ir-ranking dinji attwali huwa riżultat mill-aqwa . Caqlieq notevoli li kien hemm fil-klassifika huwa li l-Ġermanja mid-29 post telgħet fil-25 post filwaqt li l-Afrika t’Isfel mit-38 post telgħet fit-30 post.
L-ewwel għaxar postijiet fir-ranking dinji tal-International Rugby League huma : New Zealand, Tonga, Ingilterra, Awstralja, Papual New Guinea , Fiji, Samoa, Serbija, Franza u Malta.
//= $special ?>