Fl-aħħar sigħat mietet persuna oħra bil-Covid-19 f’pajjiżna, biex b’hekk it-total ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija s’issa tela’ għal 787.
Dan ifisser li fl-aħħar ġimgħa biss kellna total ta’ 15-il mewta kaġun tal-imxija.
Bejn it-Tnejn u t-Tlieta nstabu 141 każ ġdid bil-każijiet attivi jiżdiedu għal 3,082 wara li fiequ 46 persuna.
L-ebda informazzjoni oħra m’hi qed tingħata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, fosthom l-etajiet tal-vittmi u l-ammont ta’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>