Sport Sport Ieħor

Darts: Ħamrun Bayern fl-ewwel post fi Grupp A……taqtiegħa interessanti fi Grupp B

Erba’ timijiet jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-grupp B tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-Malta Darts Association. Dan huwa riżultat wara ġimgħa oħra ta’ logħob fi grupp li jidher ferm ibbilanċjat bit-timijiet li se jissieltu sal-aħħar sabiex jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. Manchester Conquest Pub spiċċaw fi dro ta’ 3-3 kontra St Paul’s Diamonds f’logħba ferm bilanċjata bir-riżultat finali jkun wieħed ġust. St Paul’s Diamonds ftit tħabtu biex bl-iskor ta’ 5-1 għelbu lil Duke of Connaught sabiex jinsabu fil-quċċata flimkien mat-tliet timijiet l-oħra. F’logħba oħra bilanċjata, Sliema Inter Darts Club u PO’s Bar spiċċaw fi draw ta’ 3-3. Sadanittant fl-unika logħba li kellna minn grupp A, Floriana Ajax baqgħu jżommu t-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Żebbuġ Rangers 4-2.

KLASSIFIKA – GRUPP A : Ħamrun Bayern 12 il punt, Floriana Ajax 7 punti , Top Gun Bar 5 punti , Żebbuġ Rangers 3 punti, Banda Birżebbuġa punt 1

GRUPP B : Manchester Conquest Pub, St Paul’s Diamonds, PO’s Bar, Sliema Inter Darts Club 7 punti kull wiehed, Duke of Connaught 0