Sport Waterpolo

Dwell ieħor bejn Valletta u Marsaskala fil-finali tan-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Stewart Said

TA’ XBIEX AMIGOS…………. 5

VALLETTA IZIBET……………. 7

(2-1), (3-1), (0-2), (0-3)

Tlett ijiem ilu, iż-żewġ timijiet iltaqgħu kontra xulxin u għalkemm Valletta Izibet kienu ħarġu rebbieħa, il-logħba kienet ftit differenti. Din id-darba, Valletta qatt ma kienu minn fuq b’eċċezzjoni għall-aħħar mumenti. Ta’ Xbiex tilfu opportunità li jaslu sal-finali iżda ma bnewx fuq l-ewwel żewġ sessjonijiet.

Jayden Cassar ta vantaġġ doppju lil Ta’ Xbiex fl-ewwel sessjoni, bil-veteran Stephen Micallef inaqqas id-distakk b’konklużjoni mis-centre lejn tmiem is-sessjoni.

Ta’ Xbiex komplew jisfruttaw l-ispazji tal-avversarji u ma kinitx sorpriża li kabbru l-vantaġġ għal 5-2. Edward Meli, Elijah Schembri u Edward Aquilina skorjaw għal Ta’ Xbiex, b’Rheinhard Attard kien naqqas id-distakk għal 4-2.

Valletta tjiebu fit-tielet sessjoni, ċaħħdu lil Ta’ Xbiex milli jkunu ta’ periklu għal Benji Busuttil u skorjaw darbtejn minn Matthew Pace u Andrea Agius.

Minkejja li tnaqqrilhom il-vantaġġ, Ta’ Xbiex ma għarfux jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni. Sebastian Busuttil ġab id-draw mis-centre u Andrea Agius poġġa lil Valletta fil-vantaġġ għall-ewwel darba, bl-istess plejer jissiġilla r-rebħa fl-aħħar sekonda.

Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina (1), J. Pace Mizzi, E. Meli (1), S. Engerer, J. Saliba, J. Cassar (2), E. Schembri (1), Z. Cutajar Licari, B. Attard Littschwager, J. Chircop, Z. Dzanovic

Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia, M. Pace (1), L. Hyzler, S. Busuttil (1), Z. Micallef, D. Paolella, M. Mifsud, S. Micallef (1), A. Agius (3), K. Galea, K. Cremona, A. Bugeja, L. Felice, R. Attard (1)

Referees: Arnaldo Petronilli, Ronnie Spiteri

M’XLOKK BROWN’S…………. 7

M’SKALA FISH AND FISH…. 15

(0-3), (1-6), (3-3), (3-3)

Marsaskala Fish and Fish evitaw possibbiltà ta’ sorpriża minn Marsaxlokk Brown’s Pharma u ħadu r-riedni tal-logħba mill-bidu. Fit-tieni parti tal-logħba Marsaxlokk irnexxielhom jagħmlu l-iskor ftit rispettabbli kontra.

Doppjetta ta’ Malcolm Manara u gowl ta’ David Pace Lupi taw vantaġġ ta’ tliet gowls lil Marsaskala. Huma prattikament aċċertaw mir-rebħa fit-tieni sessjoni wara li kabbru l-vantaġġ għal seba’ gowls. Cain Cutajar naqqas id-distakk iżda Pace Lupi u Raoul Greco għamlu l-iskor 9-1.

Il-kowċ ta’ Marsaskala Arpad Babay għamel ir-rotazzjoni fl-iskwadra hekk kif il-partita rriduċiet ruħha aktar f’sessjoni ta’ taħriġ milli semifinali tan-knock-out.

Marsaxlokk naqqsu d-distakk għal 9-4 sakemm l-Iskalin wieġbu bi tliet gowls konsekuttivi u żammew id-distakk ta’ tmien gowls. Sitwazzjoni identika fl-aħħar sessjoni, b’Marsaxlokk irnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 13-7 sakemm Malcolm Manara skorja darbtejn fl-aħħar minuta.

Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri (1), C. Cutajar (2), J. Pawley, T. Agius, D. Bugeja, M. Zammit, L. Mallia (2), L. Saliba, R. Galea (2), D. Cordina, E. Mallia, M. Farrugia, A. Cook, R. Scerri

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli (1), P. Privitera, R. Greco (2), G. Galea, K. Navarro, M. Manara (5), D. Pace Lupi (3), G. Sammut (1), J. Ciantar, M. Carani (2), A. Muscat, F. Scardino, L. Falzon

Referees: Raffaele Colombo, Richard Magri

Logħob li jmiss

Għada

KO Kampjonat Premier

San Ġiljan v Sirens         6.30pm

Birżebbuġa v Neptunes   7.35pm