Sport Sport Ieħor

Imniedi l-islogan uffiċjali tal-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024

(Ritratt: EPA)

GAMES WIDE OPEN huwa s-slogan uffiċjali għall-Olimpijadi u Paraolimpijadi – PARIĠI 2024. Dan tħabbar uffiċċjalment mill-Kumitat Organizattiv f’mument meta l-President Emanuel Macron laqqa’ l-kabinett tal-ministri bil-għan li jitnaqqas l-infieq fl-organizazzjoni tal-Olimpijadi li fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti jista’ jkollu effett fuq l-ekonomija tal-pajjiż.

Jidher li għac-cerimonja tal-ftuħ se tintuża x-xmara Seine li taqsam Pariġi fejn se jkun hemm allestiti 200 dgħajjsa kbira għal kontinġenti u għall ispettaklu tac-cerimonja li f’kull Olimpijadi hija l-qofol tal-organizazzjoni. Għal din ic-cerimonja huwa stmat li se jattendu 600,000 spettatur.

F’Diċembru għandu jingħata bidu għal bejgħ tal-biljetti fejn 13 il-miljun se jinbiegħu mhux aktar minn 50 ewro ‘l wieħed u oħrajn li jvarjaw skont il-kompetizzjoni bejn 24 ewro u 950 ewro.