Sport Sport Ieħor

Kampjonat tal-Ewropa tas-Softball: Malta titlef kontra Slovakkja

Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni, it-tim nazzjonali Malti, wara li fit-tieni partita fl-ewwel ġurnata għeleb lil Fillandja 17-3 fit-tielet partita minn Grupp D tilef kontra l-Islovakkja bl-iskor identiku ta’ 17-3. Partita deciża fl-ewwel fażi bi Slovakkja tiftaħ vantaġġ ta’ 13-3. F’dawn il-Kampjonati qed jieħdu sehem 23 pajjiż imqassma f’ erba’ gruppi fejn Malta tinsab bi Grupp D flimkien ma’ Iżrael , Spanja, Slovakkja, Danimarka u Fillandja fejn ic-Cerimonja tal-Ftuħ saret fi tmiem il-partiti tal-ewwel ġurnata. It-tim Nazzjonali Malti kontra Slovakkja lgħab b’din il-formazzjoni : Home Batters : Shaniya Spiteri, Marlese Vella. Nicole Cassar, Francesca Mamo, Gianella Mallia, Marie Tabone, Estela Rama, Dosithee Attard , Bernice Sant, Shannon Galea. Home Pitchers kienu Shannon Galea u Nicole Cassar.