MeDirect qed jappoġġja l-Proġett Maleth II, it-tieni missjoni li qed tintbagħat fl-ispazju għal dak li jirrigwarda esperimentazzjoni tal-bioxjenza li tnieda fl-2021.
It-tieni missjoni f’dak li jirrigwarda l-bioxjenza li tnieda fl-2021 biex jinvestiga l-effetti ta’ spacelight u microgravity tal-ulċeri f’saqajn diabetiċi li jkunu taħt il-ġilda flimkien mal-microbiomine. Din hi l-baktirja kollha li tinġema’, il-virusis u fungi li jinġemgħu taħt il-ġilda tal-ġisem u li tista’ tkun ta’ periklu jekk jiżviluppaw f’feriti tal-ulċeri bħalma huma fil-każ ta’ pazjenti bit-diabete tat-tip 2.
Dan il-proġett hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li qed jitmexxa mill-Professur Joseph Borg mill- Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta. Maleth II tnieda fil-15 ta’ Lulju tas-sena l-oħra. L-iSpace X Dragon li ttellgħet fl-ispazju bħala parti mill-Commercial Re-supply Mission 25 (CRS25), se tibqa’ fl-orbita madwar 50 u 60 ġurnata u tkun kontrollata minn Malta b’mod remot mill-Arkafort Ltd b’kollaborazzjoni mal-Professur Borg, u tista’ tipprovdi data telemetrika f’termini reali dwar l-esperimenti abbord il-vettura spazjali.
Chris Portelli, is-CTO tal-Grupp ta’ MeDirect, saħaq li MeDirect jagħti importanza u jitmexxa mill-kunċetti tar-riċerka u l-
innovazzjoni u jemmen li proġetti ta’ riċerka bħalma hu Maleth II hu mmexxi wara l-kunċett tal-innovazzjoni. Proġetti simili ta’ riċerka huma għodod innovattivi biex wieħed jifhem l-impatt ta’ vaġġi spazjali fuq organi bioloġiċi.