Internazzjonali

Renju Unit: Imut l-attur veteran David Warner

L-attur veteran Britanniku David Warner, li hu famuż għall-interpretazzjonijiet tiegħu fil-films Titanic, Star Trek u Mary Poppins Returns, miet fl-età ta’ 80 sena wara kumplikazzjonijiet relatati mal-kanċer.

Warner kien anki qaxxar ir-rwoli rispettivi fil-films The Omen u A Christmas Carol, b’numru ta’ atturi qed ifakkru lil dan l-attur fost l-eloġji għat-talenti tiegħu.

Mewtu kienet ikkonfermata mill-familja tiegħu li bagħtet stqarrija lill-BBC fost konferma li Warner kien ilu marid għall-aħħar sena u nofs.

David Waner kien beda l-karriera bħala attur fl-1962 meta interpreta karattri rispettivi fil-films We Joined the Navy u The King’s Breakfast. Hu, mas-snin, kiseb ukoll reputazzjoni bħala attur versatili għall-produzzjonijiet tal-palk waqt li kien ukoll involut fi proġetti għat-televiżjoni.