Infrastructure Malta qed tavża li Triq l-Indipendenza bejn il-Furjana u l-Pietà se tkun magħluqa għat-traffiku sa tmiem il-ġimgħa sabiex jitlestew x-xogħolijiet li qed isiru fiha.
Ix-xogħolijiet jinkludu t-tisħiħ tal-pedamenti tat-triq fid-direzzjoni lejn il-Pietà u l-asfaltar tagħha.
L-aġenzija qalet li dawn ix-xogħolijiet għandhom jitlestew sa tmiem din il-ġimgħa u l-proġett kollu f’din iz-zona jitlesta sal-11 ta’ Awwissu.
IM qalet li qed taħdem ma’ Transport Malta biex jitnaqqas l-inkonvenjent li nħoloq minħabba dawn ix-xogħolijiet li lbieraħ ikkawżaw kjuwijiet twal ta’ traffiku billi fetħet karreġġjati temporanji.
//= $special ?>