Mill-monkeypox, għal xadini slavaġ fit-toroq.
Ir-residenti ta’ belt fix-xlokk tal-Ġappun jinsabu mbeżża’ wara li għexieren ta’ persuni rrapurtaw li kienu attakkati minn xadini slavaġ fl-aħħar ġimgħat.
Il-vittmi rrakkuntaw kif l-annimali slavaġ daħlu fid-djar mit-twieqi u attakkawhom minn wara.
Il-Pulizija Ġappuniża nediet operazzjoni ta’ tfittxija għax-xadina jew xadini li qed iwettqu dawn l-attakki.
Rapporti inizzjali kienu jitkellmu dwar xadina waħda, madankollu issa l-biża’ hi li hemm aktar minn annimal wieħed involut.
Mit-8 ta’ Lulju ‘l hawn mal-45 persuna sofrew ġrieħi minn Japanese Macaques jew kif magħrufa aħjar snow monkeys qrib u madwar il-belt ta’ Yamaguchi.
Il-vittmi jvarjaw bejn tfal żgħar u anzjani, bl-attakki aktar minn irduppjaw f’inqas minn ġimgħa.
//= $special ?>