Ambjent Lokali

“Victor Calvagna ħaqqu kull rikonoxximent” – Ġnien fil-Mosta li jfakkar ismu

Ġnien li jfakkar il-memorja tat-tabib Victor Calvagna u l-ġid illi wettaq.

Dan hu dak li qalet martu Carmen meta mistoqsija dwar x’sentiment qed tħoss li llum hemm ġnien imsemmi għal dan it-tabib maħbub …. ftit passi ‘l bogħod minn fejn kien jgħix.

Tul iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ dan il-ġnien fil-Mosta hija qaltilna li Calvagna ħabb ħafna lit-tfal, u ħadem u stinka biex jagħti l-aqwa kura.

Victor Calvagna kien l-ewwel onkoloġista f’Malta u r-rata ta’ persuni li jfiequ, grazzi għal ħidma u r-riċerka li wettaq, minn 40% telgħat għal 80%.

Ħadna l-kummenti wkoll ta’ Angele Cuschieri, il-President ta’ Puttinu Cares, illi qaltilna xi jfisser għalihom li l-fundatur tagħhom qed jibqa’ jingħata rikonoxximent.

Tul l-attività kien hemm numru ta’ tfal, membri tal-Mosta Scouts Group u l-Mosta Girl Guides.

Net News ħa l-kummenti ta’ Dominique Muscat, illi bil-mod semplici tieghu spjegalna għaliex għandna ngħinu ‘l xulxin u fuq kollox nimxu fuq l-eżempju ta’ Victor Calvagna.