Illum, għall-ħabta tad-9am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Bulebel, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Albaniż ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien nieżel minn fuq scaffolding, waqa’ u ħabat rasu.
Fil-post issejaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>