Msida u Żebbuġ ikomplu jirbħu biex baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika u fetħu vantaġġ ta’ żewġ punti fuq Għaxaq u jinsabu viċin biex awtomatikament jiġu ma l-ewwel erba’ meta qedin erba’ punti fuq it tim tal-ħames post Qormi S.B. Msida rebħu partita diretta kontra t-tim ta’ Għaxaq 21 bi 12 filwaqt li Żebbug li bhalissa ghadejin tajjeb hafna u jinsabu fost l-isfidanti għar-rebħ tal-kampjonat rebħu lit-tim ta’ Żurrieq 21 b’6.
Buġibba kisbu rebħa tajba kontra Lija 21 bi 11 biex żammew ir-raba’ post tal-klassifika filwaqt li Marsamxett wetqu sorpriża meta barra minn darhom għelbu lit-tim ta’ St. Peter’s Żabbar bil-punteġġ ta’ 21 b’16. Żabbar u Qormi San Bastjan rebħu il-partiti tagħhom kontra Isla u Paola Schreiber 21 b’ 0 wara li dawn tal-aħħar irtiraw mill-kampjonat.
| KLASSIFIKA | L | P |
| Żebbuġ | 16 | 14 |
| Msida | 16 | 14 |
| Għaxaq | 16 | 12 |
| Buġibba | 16 | 11 |
| Qormi SB | 16 | 10 |
| St. Peters Żabbar | 16 | 9 |
| Żurrieq | 16 | 8 |
| Lija | 16 | 7 |
| Marsamxett | 16 | 5 |
| Żabbar | 16 | 5 |
| Isla | 16 | 0 |
| Paola | 16 | 0 |


