Wara li l-membri tal-Malta Bowling Association (MBA) ivvuttaw biex ibiddlu l-isem tal-assoċjazzjoni minn “Malta Tenpin Bowling Association” (MTBA) għal “Malta Bowling Association” (MBA) fl-aħħar AGM tagħhom fi Frar ta’ dis-sena, il-kumitat tal-assoċjazzjoni nazzjonali tal-bowling iddeċieda li jieħdu din l-opportunità sabiex jaġġornaw il-logo tagħhom.
F’diskors waqt it-tnedija tal-logo, il-Presindent tal-MBA, Edward Mifsud qal li l-logo il-ġdid jirrapreżenta bidla fid-direzzjoni u gie ddisinjat biex jappela għaż-żgħażagħ sabiex il-logħba tal-Bowling tkompli tingħata ħajja ġdida. Huwa qal ukoll li l-assoċjazzjoni enfasizzat fuq l-importanz li fil-logo il-ġdid jintużaw il-kuluri tal-bandiera Maltija u li jinkludi s-Salib tal-Ordni ta’ San Ġwann sabiex tibqa mfakkra l-identità kulturali ta’ Malta.
