L-isprinter mir-Renju Unit Dina Asher-Smith ħabbret li mhux se tkun qed tikkompeti fil-logħob tal-Commonwealth li se jibdew għada minħabba injury fil-hamstring. Asher-Smith kellha tieqaf tiġri waqt il-4×100 metres relay fil-World Athletics Championships li saru fl-Istati Uniti u ntemmu nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali, Asher-Smith qalet li l-injury mhiex gravi iżda minħabba ż-żmien qasir bejn il-World Chapionships u l-Commonwelath Games mhux se tkun irkuprat fil-ħin biex tikkompeti. Qabel weġġgħet hija kisret ir-rekord tagħha stess fil-100 metru u rebħat il-Bronż fil-200 metru.
Asher-Smith kellha l-ħsieb li tiġri fil-100m u l-4x100m relay f’Birmingham, iżda l-injury li sofriet issa tpoġġi wkoll dubji serji fuq il-parteċipazzjoni tagħha fil-Kampjonati Ewropej li se jsiru bejn il-15 u l-21 t’Awwissu li ġej fi Munich.
//= $special ?>