Dan li qed taraw hawn fuq fir-ritratt huwa parti mir-roster li jinħareġ lill-ħaddiema tal-AirMalta; roster li issa ġie estiż sa Settembru – meta l-ftehim oriġinali ma’ dawn il-ħaddiema kien illi se jingħataw impjieg alternattiv sa nofs ix-xahar id-dieħel.
Net News jista’ jikkonferma li lbieraħ issejħet laqgħa urġenti minħabba li l-ħaddiema tal-AirMalta għadhom fil-għama.
Dan ir-roster il-ġdid li ħarġet il-kumpanija jkopri sal-11 ta’ Settembru, u allura bosta qed jistaqsu – bir-raġun – għaliex il-Gvern qed jinjora l-ftehim oriġinali li sar mal-impjegati.
Is-sit TheShiftNews qed jgħid li l-Ministru tal-Finanzi fil-laqgħa tal-bieraħ qal ċar u tond li l-ftehim mhux se jkun onorat.
Ħaddiema li tkellmu magħna qalulna wkoll li s-sistema fl-AirMalta bħalissa tinsab l-agħar li qatt kienet, għaliex krolla kollox u kulħadd spiċċa demotivat minħabba t-tkaxkir tas-saqajn minn naħa tal-Gvern.
//= $special ?>