Futbol Sport

Europa Conference League: Ħamrun, Hibs u Gżira kollha biċ-ċans li jagħmluha għar-rawnd li jmiss

Għada l-attenzjoni tad-dilettanti tal-futbol lokali tmur fuq it-tliet partiti ta’ ritorn mit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League. Fis-Centenary Stadium , Ħamrun Spartans jibdew bil-vantaġġ minimu ta’ 1-0 miksub kontra Velez Mosta fil-Bosnia Ħerzegovina filwaqt li Gżira United fis-Serbija kontra Radnicki Nis wara li fis-Centenary Stadium temmew fi draw ta’ 2-2. Hibernians fil-Le Coq Arena jiddefendu l-vantaġġ ta’ 3-2 miksub fl-ewwel leg kontra Levadia ta’ Estonja.