F’Bramall Lane, l-Ingilterra għelbet lil Żvezja 4-0 fl-ewwel semi finali tal-Kampjonati Ewropej.
F’partita li ddominat għal ħin twil, l-Ingilterra meritatament saret l-ewwel finalist fl-edizzjoni 2022 tal-Kampjonat tal-Ewropa. Kollox faċli fil-mument li l-Ingilterra marret fil-vantaġġ li kien ikkonsolidat b’aktar gowls fit-tieni taqsima. Dominju assolut mill-Ingilterra minkejja li kien biss fl-34 minuta li fetħu l-iskor.
Minn azzjoni ta’ Lucy Bronze kienet BETH MEAD li għelbet lil Rut Hedwig Lindahl. Riżultat li biħ intemmet ukoll l-ewwel taqsima. Fit-48 minuta minn azzjoni ta’ Beth Mead din id-darba kienet LUCY BRONZE li għelbet lil Lindahl. Ebda reazzjoni mill-Iżvezja l-aktar wara li fit-68 minuta kienet ALESSIA RUSSO li għamlet l-iskor 3-0. Fis-77 minuta kienet FRAN KIRBY li minn pass ta’ Beth Mead għelbet mill-ġdid lil Rut Lindahl biex għalqet il-partita 4-0.
Illejla tintlagħab it-tieni semi finali bejn il-Ġermanja u Franza.
//= $special ?>