Illum waranofsinhar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Benard Grech iltaqa’ mal-ħames żgħażagħ li qegħdin jikkontestaw l-elezzjoni għaż-żewġ pożizzjonijiet fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit.
Jake Scerri Seychell, Nina Briffa, Ryan Cachia, Jean Paul Barbara u Armando Xerri kollha qablu li l-iktar ħaġa importanti li tgħallmu mill-involviment tagħhom fil-politika hija l-importanza li jkun hemm kuntatt kontinwu man-nies.
Min-naħa tiegħu l-Kap tal-PN Bernard Grech irringrazzjahom talli qed jieħdu sehem f’din l-elezzjoni u talli offrew li jkunu parteċipi fil-politika li jħaddan il-Partit Nazzjonalista. Saħaq li l-MZPN u Team Start huma żewg ferghat li jaħdmu ferm fi ħdan il-Partit speċjalment billi jisimgħu dak li ż-żgħażagħ għandhom x’joffru għal futur ta’ pajjiżna.
L-elezzjoni sabiex jintgħażlu ż-żewġ żgħażagħ li se jieħdu posthom fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista tilħaq il-qofol tagħha nhar is-Sibt li ġej kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. F’din l-elezzjoni l-Kunsilliera qed ikunu mitluba wkoll jivvutaw sabiex Alex Perici Calacsione jinħatar Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista.