Il-Ministru Miriam Dalli għadha tirrifjuta li tippubblika r-rapport intern tal-Enemalta dwar l-iskandlu tax-xiri tal-windfarm fil-Montenegro, anke wara l-Freedom of Information Request tat-Times of Malta, bl-iskuża li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża Mark Anthony Sammut, il-Partit Nazzjonalista jinnota kif din kienet l-istess raġuni li tat meta dan ir-rapport ġie mitlub f’Mistoqsijiet Parlamentari fil-15 ta’ Frar 2021 u fl-24 ta’ Mejju 2022.
L-istqarrija tkompli tgħid li faċli tistaħba wara l-investigazzjonijiet tal-Pulizija meta hi moħħha mistrieħ li kull investigazzjoni tal-Pulizija li tkun tinvolvi lill-politiċi qed tispiċċa tmut fuq ommha u ma jiġri xejn dwarha.
Il-Partit Nazzjonalista jtenni li s-settur tal-Enerġija ma jistax jibqa’ midfun f’kultura ta’ ħabi, fejn ma jiġi ppubblikat l-ebda kuntratt, ftehim jew rapport biex ħadd ma jkollu l-informazzjoni sħiħa ta’ x’qed jiġri.
“Għax filwaqt li l-poplu Malti qed jibqa’ jġorr il-piżijiet ta’ dan il-ħabi, għandna Gvern li qed ikompli għaddej jostor skandlu wara ieħor.”
//= $special ?>