Sport Sport Ieħor

Kampjonat tal-Ewropa tas-Softball: It-tieni rebħa għall-Maltin

It-tim nazzjonali Malti tas-softball kiseb it-tieni rebħa fil-Kampjonat tal-Ewropa fejn wara li l-Ħadd li għadda Malta għelbet lil Fillandja 17-3, il-bieraħ filgħaxija għelbet lit-Turkija 8-0. Deċiżiv l-ewwel inning fejn it-tim Malti fetaħ vantaġġ ta’ 4-0 u eventwalment rebaħ wkoll iż-żewġ sessjonijiet ta’ wara bl-iskor identiku ta’ 2-0 b’ebda punt miksub fl-aħħar inning bit-tim Malti jgħalaq il-partita 8 : 0

Home Batters : Shaniya Spiteri, Marlese Vella. Nicole Cassar, Francesca Mamo, Gianella Mallia, Marie Tabone, Estela Rama, Dosithee Attard , Bernice Sant, Shannon Galea, Jessica Borg, Narisse Privitera, Natasha Fenech, Lara Buttigieg, Estelle Scicluna. Home Pitcher kienet Shannon Galea.