Lejliet it-tieni Leg tat-tieni rawnd ta’ kawlifikazzjoni tal-Europa Conference League bejn Ħamrun Spartans u Velez Mostar tal-Bożnija Ħerzegovina, aktar kmieni llum fis-Cenetenary Hall saret il-konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kienu preżenti l-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Branko Nisevic u l-goalkeeper Internazzjonali Malti Henry Bonello.
Nisevic qal li l-iskwadra għandha pjan għal kull eventwalità kemm jekk l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb kif ukoll jekk l-affarijiet ma’ jkunux sejrin daqstant tajjeb. Huwa qal li kontra Alashkert f’Malta it-tim kellu pjan u malli sofra goal fit-tieni taqsima kellu jinbidel il-pjan u dan irnexxa.
Minn naħa tiegħu mistoqsi dwar l-aħħar save fl-aħħar sekondi f’Sarajevo, Henry Bonello qal li xogħlu huwa li jilqa kemm jista jkun blalen u lest li jibqa’ jagħmel dan bl-aħjar mod possibli.
Ħamrun se jibdew il-partita f’vantaġġ ta’ 1-0 wara li fl-ewwel leg f’Sarajevo kien gowl fid-29 minuta ta’ Matthew Guillaumier li ssiġilla r-rebħa għall-ispartans.
Il-partita ta’ għada se tkun qed tintwerá f’xandira diretta fuq Net Television bi trażmissjoni li tibda fit-19:45 b’kummentarju ta’ Christian Micallef u Konrad Sultana u b’kollegamenti minn fuq it-touchline minn Rowen Camilleri.
//= $special ?>