L-ispettur tas-CID Lydon Zammit spjega fil-Qorti dak li seħħ il-ġimgħa li għaddiet waqt il-car chase li spiċċat f’Rahal Gdid, fejn ġie arrestat Keith Cremona – car chase li matula ġew sparati tliet tiri li tnejn minnhom laqtu l-mudguard, u wieħed laqat it-tyre.
Zammit spjega kif l-akkużat baqa’ jirreżisti li jwieġeb domandi mill-investigaturi. U wara l-għada li seħħ dan il-każ, talab biex jittieħed id-Detox. Għalhekk, il-Pulizija ma setgħux joħdulu statement.
Wara l-ispettur Zammit xehed surġent tal-Pulizija, illi spjega kif hu ilu jaf lill-akkuzat minn mindu kellu 15-il sena.
Dan is-surġent stqarr taħt ġurament illi hu beda jibża’ li Cremona kien se joqtol lil xi ħadd bil-mod kif kien qed isuq.
Il-kaz issa ġie aġġornat għall-15 ta’ Settembru.
//= $special ?>