Żewġ persuni oħra mietu bil-Covid-19, biex b’hekk in-numru ta’ vittmi żdied għal 789. Fl-aħħar ġimgħa kellna 12-il mewta tal-imxija.
Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, instabu 97 każ ġdid ta’ Covid-19, fiequ 506 persuna oħra u n-numru ta’ każi attivi huwa ta’ 2,681.
Fl-aħħar tliet ijiem kellna 316-il każ ġdid.
L-ebda informazzjoni oħra m’hi qed tingħata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, fosthom l-etajiet tal-vittmi u l-ammont ta’ pazjenti li hem rikoverati fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>