Sport Sport Ieħor

Boċċi: Tintlagħab is-sittax-il ġurnata mit-Tieni u t-Tielet Diviżjoni

Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni: Birgu u Birkirkara jikomplu għaddejin u jiksbu l-14-il rebħa tal-istaġun

Birgu barra minn darhom rebħu lit-tim ta’ Tarxien f’partita missielta li f’ħin minnhom l-iskor kien 13-13 minn dak il-ħin Birgu qabdu r-ritmu u spiċċaw biex rebħu 21-13. Birkirkara laqgħu lil Żejtun fejn ħargu rebbieħa 21 b’7 wara bidu kwiet iżda mbgħad il-Karkariżi ddominaw il-partita biex, bħal Birgu, issa jonqosom biss punt biex ikunu certi għal playoff.

Zejtun baqgħu b’9 punti u issa nqabżu mit-timijiet ta’ Birżebbuġa u Bormla, b’dawn it-tnejn ilbieraħ ħarġu rebbieha. Bormla barra min darhom għelbu lit-tim ta’ Mosta 21-10 biex il-Mostin baqgħu ankrati fl-aħħar post tal-klassifika u jidher li se jkunu relegati għat-tielet divizjoni. Birżebbuġa mingħajr wisq tbatija għelbu f’darhom lil Sta. Lucia bil- punteġġ ta’ 21-7. Sta. Venera kisbu rebħa important u għamlu pass tajjeb biex iżommu posthom fit-Tieni Divizjoni meta barra minn darhom għelbu lil Thassalejn 21-11 biex kisbu r-raba’ rebħa tal-istaġun u fetħu vantaġġ ta’ 3 punti fuq it-tim ta’ Mosta. Floriana rebħu ġewwa darhom kontra Cospicua Rangers 21-9 u żammew it tammiet tagħhom ħajjin għar-raba post meta jidher li din it-taqtiegħa se tkun waħda interesanti meta fadal sitt partiti biex jintemm it-tieni rawnd.

Klassifika tat-Tieni Diviżjoni:

It-Tielet Diviżjoni – Luqa jitilgħu l-ewwel weħidhom wara rebħa fuq Kalkara

Luqa telgħu weħidhom flewwel post tal-klassifika meta lbieraħ, f’partita mistenija ħargu rebbieħa kontra Kalkara li kienu qed jokkupaw huma l-ewwel post. Luqa rebħu dan il-konfrott mingħajr wisq tbatija bil-puntegg ta’ 21-1 biex issa telgħu fil-quċċata bi 15-ilpunt u flimkien mal-istess Kalakar assiguraw post fil-play offs.

Fgura għamlu pass importanti biex ikunu ma l-ewwel erba’ meta lbieraħ mingħajr tbatija għelbu lil Valletta St Paul 21-2 u kisbu it-tnax-il rebħa tal-istaġun u jinsabu fit-tielet post, 3 punti vantaġġ fuq Qrendi u Qormi San Ġorġ. Qormi San Ġorġ għelbu barra min darhom kontra tim ta’ Pietà 21-13 biex kisbu d-disa’ rebħa tal-istaġun u jinsabu jokkupaw ir-raba’ post flimkien ma’ Qrendi li daqn tal-aħħar f’partita misielta għelbu lil Ħamrun 21-1. San Ġwann għelbu lit-tim ta’ Marsaskala 21-5 biex kisbu is-seba’ rebħa tal-istaġun u ħallew it-tamiet għar-raba’ post.

Klassifika tat-Tielet Diviżjoni: