Huma 3 l-persuni li fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li l-fatalitajiet kawża tal-virus issa qed jammontaw għal 792.
Dan filwaqt li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ġew irreġistrati 98 każ ġdid filwaqt li fiequ 369 persuna.
Għaldaqstant il-każi attivi naqsu għal 2,397.
Intant, dawk kollha li jagħmlu swab permezz ta’ self test kit u joħorġu pożittivi huma mħeġġa jażvaw l-awtoritajiet għall-fini ta’ contact tracing.
//= $special ?>