F’partita oħra mill-Kampjonat tal-Ewropa tas-Softball, minn Grupp G, f’Campo Municipal de Softbol Can Torelio, Gava’ – Barcelona, it-tim Malti safa’ megħlub 13-0 fejn filwaqt li sat-tieni inning l-iskor kien għadu 0-0 l-Iżvizzera għalqet it-tielet sessjoni 3-0 bl-iskor isir 6-0 sa tmiem ir-raba’ sessjoni u eventwalment b’7 punti fil-ħames inning l-Iżvizzera għalqet il-partita 13-0.
It-tim nazzjonali Malti tas-softball fil-Kampjonat tal-Ewropa kiseb żewġ rebħiet meta għeleb lil Fillandja 17-3, u lit-Turkija 8-0.
Kontra l-Iżvizzera,it-tim Malti lagħab b’din il-formazzjoni : Home Batters : Marlese Vella. Nicole Cassar, Gianella Mallia, Marie Tabone, Estela Rama, Dosithee Attard , Jessica Borg, Narisse Privitera, Estelle Scicluna, Corinne Grima. Home Pitcher kienet Estelle Scicluna u Rena Vella.
//= $special ?>