Lokali

Partijiet minn San Pawl il-Baħar ilhom bla elettriku mis-sitta ta’ filgħodu

“Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, tal-mistħija li ħallewna f’din is-saħna tremenda bil-friża qed taqa’ kollha.”

Hekk sostniet ma’ Net News mara li flimkien ma’ diversi familji oħra fl-inħawi tal-Qawra ilhom mingħajr provvista tal-elettriku sa mis-sitta ta’ filgħodu.

Hija spjegat li għamlet kuntatt mal-kumpanija Enemalta fejn qalulha li kienu se jibgħatu xi ħaddiema minnufih…madanakollu sal-ħin tat-tmienja ta’ filgħaxija hi, flimkien ma’ diversi persuni oħra kienu għadhom mingħajr provvista tal-elettriku.

Persuna oħra stqarret magħna li, “is-sħana kienet insapportabbli wisq, u insistiet li l-affarijiet tal-ikel li kellha fil-friża kienet se titlifha kollha.”

L-ogħla temperatura għal-lum kienet tilħaq is-sitta u tletin ċentigradi, b’numru ta’ persuni li għamlu kuntatt ma’ Net News insistew li fl-2022 ma jipretendux li jagħmlu ġurnata sħiħa mingħajr elettriku…aktar u aktar fl-eqqel tas-sajf.