Anzjan ta’ 75 sena tilef ħajtu wara li waqa’ t-taraġ f’residenza f’Ħaż-Żabbar.
Ir-raġel miet f’dar fi Triq ix-Xgħajra u skont il-Pulizija l-każ seħħ għall-ħabta tal-4.00am.
L-anzjan ġie ċċertifikat mejjet fil-post minn tim mediku li mar fir-residenza biex jipprova jagħtih l-ewwel għajnuna.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Nadine Lia filwaqt li l-Pulizija għada qed tinvestiga.
//= $special ?>