Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fl-Għasri

Sewwieq ta’ mutur mill-Għasri kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Għasri stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:15 tal-Ħamis filgħodu f’Wied il-Għasri meta mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li għal xi raġuni l-mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 52 sena kellu impatt ma’ vettura tat-tip Fiat Punto misjuqha minn raġle ta’ 63 sena mill-Għarb.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.