Lokali

Taljan iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur

Ritratt: Martin Agius

Raġel Taljan spiċċa ferut gravi wara li lbieraħ kien involut f’inċident bil-mutur.

Il-każ seħħ fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill-Pulizija rriżulta li raġel u mara, it-tnejn Taljani ta’ 56 sena u residenti San Ġiljan li kienu flimkien fuq mutur tal-għamla Yadea sofrew xi ġrieħi meta kawża ta’ xi żejt li kien hemm fit-triq, r-raġel li kien qed issuq, tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw lkura meħtieġa.

Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li kellhom ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.