Lokali

Tħassib dwar is-sigurtà fil-Marsa u l-Ħamrun

Il-unions tal-Pulizija qed jitolbu aktar rizorsi. Ir-residenti tal-Marsa jinsabu imħassba. L-istess fil-Ħamrun, fejn hemm sfidi simili marbuta ma’ kriminalita’ u sigurta’ fit-toroq. Specjalment wara zewg kazi koroh ta’ abbuzi sesswali fuq anzjani – wiehed minnhom quddiem l-ghassa tal-Ħamrun. Imbghad, ftit tal-jiem wara, id-delitt li sehh fil-Marsa.

Net News fl-aħħar jiem żar dawn il-lokalitajiet u tkellem direttament man-nies.

Evidenti li l-każi ta’ kriminalita, ġlied u abbuż tad-droga mhumiex iżolati – u dawn, kif qalulna r-residenti Marsin, qed iseħħu fil-qalba tal-lokalita’ – litteralment wara l-bibien taghhom.

Quddiem dan kollu, il-Pulizija qed jaghmlu li jistghu biex izommu s-sigurta’. Bil-unions li jirrapreżentawhom jitolbu aktar riżorsi umani u staff biex iżomm l-għases għaddejin.

Intant, is-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi stqarr fuq il-media socjali li  ghad hemm bzonn li r-residenti Marsin jkunu protetti ahjar; u bzonn ta’ ghassa li tkun miftuha il-hin kollu. Ahna xtaqna nkellmu direttament lis-Sindku, iżda sa tard it-Tlieta wara nofsinhar kien ghadu maqbud b’impenji personali.