Tliet klabbs Maltin kitbu l-istorja tal-futbol Malti hekk kif Hibernians, Ħamrun Spartans u Gżira United għamluha għat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League. Din hi xi ħaġa li qatt ma ġrat qabel, hekk kif pajjiżna qatt ma kellu iktar minn klabb wieħed li għamilha sa dan ir-rawnd ta’ kompetizzjoni Ewropea.
Dawn il-klabbs Maltin issa għandhom sfida importanti, b’Hibernians issa jaffrontaw lil RFS tal-Latvja, Gżira United jiltaqgħu kontra Wolfsberger AC tal-Awstrija waqt li Ħamrun Spartans se jaffaċċjaw lil Levski Sofia tal-Bulgarija. Il-holma ta’ Ħamrun Spartans kompliet b’rebha ta’ 1-0 fejn kien gowl ta’ Jonny, li ssigilla passagg ieħor għall-klabb Hamruniz b’aggregate ta’ 2-0 fuq Velez Mostar tal-Bosnja.
U bi prestazzjoni impressjonanti ta’ grinta u kwalità, barra minn pajjizna, anke Gżira United kisbu kwalifikazzjoni importanti meta bil-penalties għelbu lil Radnicki Nis tas-Serbja. Il-Maroons dejjem kienu żvantaġġ izda qatt ma qatgħu qalbhom biex sfurzaw il-penalties wara li l-aggregate score spiċċa 5-5.
Jefferson kien ġab l-ewwel draw għal Gżira u l-istess player għamilhom 2-2 fil-ħin miżjud tal-partita. Fil-ħin barrani wara li Pejovic tefa lil Radnicki 3-2 minn fuq minn penalty tliet minuti mit-tmiem Samurai għamilhom 3-3. L-avversarji tal-Maroons fallew tlieta minn erba’ penalties filwaqt li l-Maltin skorjaw tlieta minn tlieta.
Success ukoll ghac-champions Maltin Hibernians li b’gowl ta’ Fernando Apap barra minn darhom ghaddew ghat-tielet rawnd tal-UEFA Conference League Minkejja li sofrew gowl immedjatament wara li marru fil-vantaġġ huma gharfu jikkontrollaw il-loghba u jgħaddu b’aggregate ta’ 4-3 kontra FCI Levadia tal-Estonja.
//= $special ?>