Suċċess għax-xandira li wassal il-bieraħ Net TV mis-Centenary Stadium, fejn Ħamrun Spartans għelbu lil Velez Mostar bl-iskor ta’ 1-0. Dan hekk kif iċ-ċifri li għandna f’idejna juru li kienu xejn anqas minn 50,000 il-persuni li segwew it-trażmissjoni li wassal il-crew ta’ Net TV.
It-trażmissjoni tmexxiet b’kummentarju ta’ Christian Micallef, assistit minn Konrad Sultana u Rowen Camilleri.
Il-filmati live li wassalt Net TV kienu xiehda ta’ mument storiku għall-club Ħamruniż li irnexxielu jgħaddi għat-tielet round ta’ kompetizzjoni Ewropea.
//= $special ?>