Beppe Galea konfermat bħala ċ-Chairman tal-EDS (European Democrat Students). Beppe Galea llum jagħmel parti mill-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech awgura lil Beppe Galea f’din il-kariga. Huwa saħaq li m’għandux dubju li bil-ħidma tiegħu se jispira ħafna aktar żgħażagħ.