Riżultat inkredibbli għall-atletika lokali kien dak miksub minn Matthew Galea Soler fil-finali tal-400 metru fil-European Youth Olympic Festival – EYOF li qed isiru f’Banska Bystrica fis-Slovakkja. Wara li fis-semi finali Galea Soler għamel l-400 metru f’49.29 sekondi, fil-finali temm fit-tielet post u rebbieħ tal-ewwel midalja tal-bronż għal Malta f’dan il-Logħob. Fl-ewwel lane, Matthew Galea Soler għamel id-distanza fi 48.84 sekondi li huwa wkoll rekord nazzjonali fil-kategoriji taħt it-18, Taħt l-20 u Taħt it-23 sena. Il-finali intrebħet minn Noam Mamu ta’ Israel f’47.60 sekondi qabel Fabian Vidal ta’ Spanja bi 48.66 sekondi. Maria Vella Galea chef de mission tal-kontinġent Malti esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għar-riżultat miksub f’Logħob ta’ livell għoli bħal m’hu l-EYOF u l-fatt li dan kien l-ewwel suċċess mill-atletika għal Kumitat Olimpiku Malti.
//= $special ?>