Għada tilħaq il-qofol tagħha l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista, b’Alex Perici Calascione jkun l-uniku persuna li qed jikkontesta din l-elezzjoni.
F’din l-elezzjoni qed issir ukoll votazzjoni għal żewġ rappreżentanti żgħażagħ li se jieħdu posthom fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Għal din l-elezzjoni qed jikkontesetaw ħames żgħażagħ: Jake Scerri Seychell, Nina Briffa, Ryan Cachia, Jean Paul Barbara u Armando Xerri.
Sa tmiem iz-zewġ sessjonijiet ta’ votazzjoni bikrija li saru s-Sibt u t-Tnejn li għadda vvotaw total ta’ 27.1% tal-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali eleġibbli.
Il-votazzjoni tkompli għada bejn it-8am u l-4pm f’Malta fid-Dar Ċentrali u bejn it-8am u s-1pm f’Għawdex fis-Sub Headquarters f’Ta Sannat.
Hekk kif jagħlaq il-ħin tal-votazzjoni, jibda immedjatament il-proċess tar-rikonċiljazzjoni, is-sorting u l-għadd tal-voti … bil-proċess kollu mistenni jintemm għall-ħabta tas-5pm.
Wara li jitħabbar ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni, jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali fejn mistenna jsir diskors minn Alex Perici Calscione, mill-Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo kif ukoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Bħal dejjem, NET Television, NET FM u NETnews.com.mt se jkunu qed iżommukom kontiwament aġġornati b’dak li jkun għaddej matul il-proċess kollu, fosthom bi programm speċjali li jibda fl-4pm fuq NET Television u NET FM, b’diskussjoni fl-istudio ppreżentat minn Dione Borg u Roberta Bonello
//= $special ?>