Lokali

“Għaddiet sena u l-Gvern għadu ma għamel xejn tanġibbli” – Repubblika

Għaddiet sena minn meta ħareġ ir-rapport tal-inkjesta dwar l-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-Gvern għadu ma għamel xejn tanġibbli.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret quddiem il-bini ta’ Kastilja, il-President tal-għaqda Repubblika Robert Aquilina qal li Robert Abela matul din is-sena abdika mir-responsabbiltajie li għabbietu bihom l-inkjesta pubblika u baqa’ għaddej bħal donnu qisu ma ġara xejn.

Huwa qal li l-Gvern qabad kumitat ta’ esperti biex jaħdmu fuq bidliet fil-liġi għall-protezzjoni tal-ġurnaliżmu pero dan il-kumitat ħadem bil-bibien magħluqa u assolutament ma nafu xejn dwar dan ix-xogħol li qed jagħmlu. Dwar il-kumplament ma sar assulutament xejn.

L-inkjesta pubblika kienet irrakkomandat li l-Istat Malta jirrikonoxxi formalment u pubblikament il-falliment tal-amministrazzjoni pubblika li kkontribwiet għall-qtil ta’ ġurnalista…iżda din qatt ma saret.

Robet Aquilina fakkar li l-inkjesta pubblika irrakkomandat li jidħlu proviżjonijiet fil-liġi biex ikun żgurat li min jikser il-liġi jaffaċċja l-konsegwenzi. Sena wara, b’dawk l-emendi jew mingħajrhom, l-impunità għadha r-regola u għadha ssaltan.

Apparti dan ma saret l-ebda prosekuzzjoni fuq l-evidenza li ħarġet fil-Panama Papers u fl-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Bil-Pulizija ma resqet lil ħadd dwar il-privatizzazzjonitat-tliet sptarijiet, dwar l-iskandlu tal-Electrogas u dwar l-oxxenita tal-winfarms  tal-Montenegro.

Robert Aquilina qal li huwa evidenti li l-Istat Malti, bl-Avukat Ġenerali u bil-Kummissarju tal-Puliżija fuq quddiem, ma jridux jieħdu passi fuq il-korruzzjoni li waslet biex tinqatel Daphne Caruana Galizia. L-istess impunita li għadha ħajja u realid u m’hemm l-ebda sforz biex tkun miġġielda.

L-Għaqda Repubblika qalet li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern tiegħu rrifjuta milli jinfatmu mill-perċimes ta’ dak kollu li sabet l-inkjesta pubblika, jiġifieri li Joseph Muscat u l-Ministru tiegħu ħolqu klimka ta’ impunita fil-pajjiż li mbagħad ġiet sfruttat sabiex ġiet assassinat Daphne Caruana Galizia.   

Robert Aquilina qal li l-Għaqda Repubblika se tagħmel minn kollox biex dak li ġara fi żmien l-eks Prim Minsitru Joseph Muscat u l-Kabinett tiegħu ma jerġax iseħħ.