Internazzjonali Kurżitajiet

Instagram bħal TikTok? Żgur mhux għalissa!

Il-kumpanija Meta, li tieħu ħsieb fost l-oħrajn il-pjattaforma soċjali Instagram, ħabbret li mhux se ddaħħal il-bidliet li kienu mistenniji jibdew f’dawn il-jiem. Dan wara li kien hemm reazzjonijiet xejn sbieħ minn numru ta’ influences u personalitajiet.

Il-pjan kien li Instagram jiġi aktar ibbażat fuq videos, simili għal TikTok. Iżda dan ma tantx niżel tajjeb ma’ dawk kollha li jużaw din il-pjattaforma.

Fil-fatt, meta iddaħħlu ċertu bidliet bħala prova, kien hemm bosta kummenti negattivi.

Meta qed tgħid li għalissa se żżomm lura milli tkompli bil-pjan tagħha.

Il-pjattaforma TikTok hija waħda mill-akbar kompetituri ta’ Instagram, bil-popolarità ta’ tagħha jiżdied ferm fl-aħħar sena u nofs.