L-awtoritajiet Iranjani wettqu l-esekuzzjonijiet ta’ tliet nisa li lkoll kienu nstabu ħatja dwar l-omiċidji tal-irġiel tagħhom.
Skont l-Iran Human Rights Group, in-nisa kienu fost 32 persuna mogħtija l-mewt legalment fl-Iran, f’ġimgħa waħda biss.
U l-aħħar nisa maqtula mill-Istat kienu jinkludu mara li kienet iżżewwġet lir-raġel tagħha fl-età ta’ 15-il sena u li spiċċat ingħatat il-forka ‘għaxar snin wara’.
Il-qorti li kkundannat lil din il-mara għall-mewt qalet li l-iskop wara l-omiċidju ta’ żewġha kien irrelatat għal ‘xi tilwim familjari’.
L-indikazzjonijiet huma li l-awtoritajiet Iranjani rrankaw sew l-użu tal-piena tal-mewt — bl-esekuzzjonijiet fl-Iran, mill-bidu tas-sena, ikunu kważi d-doppju tal-esekuzzjonijiet tas-sena l-oħra għal dan iż-żmien.
Il-gruppi favur ir-rispett għad-drittijiet tal-mara qed jirrappurtaw li l-Iran qed joqtol aktar nisa ‘legalment’ milli kwalunkwe pajjiż ieħor fid-dinja.
U l-maġġoranza tan-nisa li jinqatlu mill-Istat qed jinstabu ħatja dwar il-qtil tal-irġiel tagħhom.
L-attivisti qed jgħidu li ħafna każi fejn in-nisa jispiċċaw joqtlu lill-irġiel tagħhom jinvolvu akkużi ta’ vjolenza domestika fil-konfront tan-nisa inkwistjoni, Madankollu, l-awtoritajiet u l-qrati Iranjani qed jidhru li lanqas biss iridu jiikkalkulaw dan il-fattur huma u jagħtu l-ġudizzju.
//= $special ?>

