Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għall-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham

Fl-Alexander Stadium f’Birmingham saret iċ-ċerimonja tal-Ftuħ tat-22 edizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth. Il-Logħob kien iddikjarat miftuħ mill-Prinċep Karlu li qara l-messaġġ tar-Reġina li skont it-tradizzjoni jkun maqful fil-Baton li għal sentejn ikun mar f’kull stat jew reġjun tal-Commonwealth. Il-baton kien ippreżentat mill-heptatleta Denise Lewis lil Dame Louise Martin, President tal-Federazzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth. L-ispettaklu taċ-ċerimonja tal-ftuħ beda bi 72 vettura blu , bojod u ħomor li jirrappreżentaw it-72 stat tal-Commonwealth li ffurmaw il-bandiera tar-Renju Unit. Ma naqasx il-lat storiku tradizzjonali b’riferenza għal dak li għaddiet minnu l-belt ta’ Birmingham fir-rivoluzzjoni industrijali u filmat dwar is-70 sena tar-Reġina Eliżabetta bħala kap tal-Commonwealth. Il-qofol iżda kien il-kunċert mgħoti mill-grupp Duran Duran