Basketball Sport

Kampjonat FIBA taħt it-18-il sena tan-nisa: It-tim Nazzjonali Malti fis-semi finali b’rebħa fuq Andorra

F’Andorra la Vella, Grupp A Diviżjoni C – Andorra 41-72 Malta

It-tim Malti mmexxi minn Giovanno Gebbia kiseb it-tieni rebħa wara li kien għeleb lil Albanija 73-66 sabiex għadda għas-semi finali tal-kompetizzjoni. It-tim Malti wara li rebaħ l-ewwel sessjoni 12-9 kompla jiddomina biex sal-mistrieħ kien 36-23 fil-vantaġġ. Malta rebħet it-tielet sessjoni 15-13 u eventwalment l-aħħar sessjoni 21-5 għall-iskor finali ta’ 72-41. L-aħjar scorer kienet Danika Galea b’20 punt, Andrea Saliba għamlet 14 il-punt filwaqt li Anne Fenech, Julia Borg u Sara Fenech għamlu 9 punti kull waħda. Lisa Fenech 6 punti, Mariah Fenech 3 punti u Martina Sciberras 2 punti.