Sport Sport Ieħor

Kampjonat tal-Ewropa tas-Softball: Malta megħluba mill-Kroazja u Ukrajna

It-tim Malti tas-Softball lbieraħ tilef żewġ konfronti kontra l-Kroazja u l-Ukrajna bi skor identiku ta’ 15-0. Fl-ewwel partita tal-bieraħ minn Grupp G t-tim Malta safa’ megħlub 15-0 mill-Kroazja partita deciża fl-ewwel inning meta Kroazja fetħu vantaġġ ta’ 9 : 0 fejn sa tmiem it-tieni sessjoni l-partita għalqet 15 : 0 Kontra l-Kroazja, it-tim Malti lgħab b’din il-formazzjoni : Home Batters : Nicole Cassar, Marie Tabone, Narisse Privitera, Jessica Borg,Natasha Fenech, Francesca Mamo, Shaniya Spiteri, Bernice Sant, Rena Vella u Estela Rama Home Pitcher kienet Rena Vella.

Fit-tieni partita tal-ġurnata Malta tilfet bl-iskor identiku ta’ 15-0 kontra l-Ukrajna fejn l-istess bħal fil-partita kontra Kroazja, kollox deciz fl-ewwel sessjonijiet mirbuħa 3-0 u 12-0 mill-Ukrajna. It-team Malti fil-partita kellu lil Estelle Scicluna, Marlise Vella u Lara Buttigieg bħala home batters flok Mamo, Spiteri u Sant filwaqt li Home pitchers kienu Estelle Scicluna u Nicole Cassar It-tim nazzjonali Malti tas-softball fil-Kampjonat tal-Ewropa kiseb żewġ rebħiet meta għeleb lil Fillandja 17-3, u lit-Turkija 8-0