Musical li fl-imgħoddi kien għamel suċċesss kbir, se jirritorna.. din id-darba akbar minn qatt qabel.
Dan huwa l-musical ‘Il-Kbir Għadu Ġej’… ibbażat fuq il-mużika tal-kantant Malti Freddie Portelli.. Muzika li żgur hija rinomata ferm mal-poplu Malti u Għawdxi kollu speċjalment ma’ dawk li għandhom ferm għal qalbhom il-mużika rock n’roll.
Dan l-ispettaklu divertenti maħluq minn Sean Buhagiar, miktub minn Malcolm Galea b’direzzjoni mużikali tas-Surmast Dominic Galea se jkun jinkludi ħafna mill-kast oriġinali.
Fost il-kantanti u l-atturi li se jieħdu sehem hemm Mark Tonna. Marilna Gauci, Amber, Debbie Scerri, Davide Tucci, Luke Dalli, Max Dingli, Colin Fitz, Michela Galea u Petra… bil-parti prinċipali ta’ ‘Il-Kredu’ se tkunu fdata f’idejn il-kantant Kevin Borg.
Il-Kbir Għadu Ġej huwa bbażat fuq iktar minn 25 kanzunetta ta’ Freddie Portelli fosthom dawk rinomati bħal ‘Ħallini’, ‘Viva Malta’, ‘Xewqat Sbieħ’ u ‘Għal Dejjem’. Iżda apparti dawn se jkun hemm ukoll kanzunetti inqas rinomati bħal ‘Bħalek hawn kemm trid’ u ‘Ma Taħraqni b’xejn’.
Dan il-musical, produzzjoni ta’ Balzunetta Productions, qed isir f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta u jibqa’ għaddej sal-15 ta’ Awwissu.
//= $special ?>