Raġel ta’ 52 sena mill-Mosta sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident li seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq iż-Żejfa fil-Mosta.
Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel f’ħajt, bil-karozza tat-tip Honda Vitz tispiċċa tinqaleb.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal iktar kura, bil-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>