Lokali Qorti

Raġel mixli li ma’ martu mexxa burdell; ħa prostituta għand it-tabib wara li laqtet infezzjoni sesswali

Raġel ta’ 35 sena li jinsab mixli flimkien ma’ martu bi traffikar ta’ persuni umani li kienu qegħdin imexxu burdell f’Marsaskala, ħa mara li kienet qed tipprostitwixxi lilha nfisha għand it-tabib minħabba li kienet qed tbati minn infezzjoni sesswali.

Duncan Caruana li flmkien ma’ martu Francesca Caruana ta’ 29 sena residenti Santa Venera li kienu jmexxu wkoll Child Care Centre ħa lil mara ta’ nazzjonalità barranija għand it-tabib bl-iskuża li hija t-tfajla tiegħu wara li ħassitha ma tiflaħx. Hawn it-tabib wissieh li kienet qed tmur ma’ irġiel oħra.

Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-koppja mixlija li flimkien kienu qed imexxu burdell f’Marsaskala fejn nisa barranin kienu qed jagħmlu xogħol ta’ prostituzzjoni. Il-koppji kienu qed joperaw Child Care Centre f’Santa Venera, kellhom il-liċenzja rtirata ftit wara li tressqu l-Qorti.

Meta tressqu kienu baqgħu miżmuma taħt arrest preventiv imma sussegwentement ingħataw il-pleġġ taħt diversi kundizzjonijiet. Fil-kumpilazzjonin xehdet l-Ispettur Kylie Borg flimkien ma’ diversi Pulizija oħra. Borg investigat il-każ mal-Ispettur Joseph Busuttil li minn naħa tiegħu għandu jixhed fis-seduta li jmiss fid-29 ta’ Awwissu.

Ix-xhieda qalu fil-Qorti li kien ġew infurmati b’mod unanimu dwar ċirku ta’ prostituzzjoni f’Marsaskala. Qalu i bdew jagħmlu sorveljanza fuq il-koppja u l-post tal-operazzjonijiet tagħhom. Huma malajr innutaw li l-propjetà, li tinsab f’Marsaskala, kienet se tkun iffrekwentata minn bosta rġiel, li dehru jidħlu u joħorġu mill-bini.

Il-pulizija osservat li l-klijenti kienu jqattgħu bejn kwarta sa siegħa fil-binja. Inħareġ mandat ta’ arrest ftit fejn wara li l-pulizija daħlu fil-post fejn kienu qes iseħħu l-allegati reati, mara għarwiena wieqfa wara l-bieb. Fi kmamar differenti nstabu wkoll flus kontanti u kwantitajiet differenti u ġugarelli sesswali, flimkien ma’ numru kbir ta’ kondoms. Kien spjegat kif uħud min-nisa sofrew minn saħħa sesswali b’mara waħda saħansitra tieħu infezzjoni ġenitali u fejn wara li nfurmat dwar dan lill-akkużat Duncan Caruana, huwa ħadha għand it-tabib.

L-Ispettur Borg qalet li allegatament Caruana kienet imur kull filgħodu fil-post fejn kien isir ix-xogħol ta’ prostituzzjoni biex tiġbor il-flus u jnaddaf il-post. Data estratta mill-mobiles ta’ Duncan u Francesca Caruana żvelat li kienu huma li jikkomunikaw mal-klijenti prospettivi, jiftehmu għat-talbiet għal sess mhux protett.

Ix-xhieda qalu li l-koppja Caruana kienu saħansitra jiċċajtaw bejniethom dwar il-ħaddiema tas-sess tagħhom, billi jirreferu għal waħda minnhom “il-maħmuġa” u “il-kerha” . Meta kienu ressqu lill-koppja l-pulizija kienet żvelat qabel li Duncan Caruana allegatament kien jgħid lin-nisa biex jiċċarġjaw €50 għal kull 30 minuta u €100 għal siegħa u jiġbor il-ħlas mingħand il-klijenti hu stess, u jżomm nofhom, bil-bqija jieħduh in-nisa.

Martu Francesca, kienet ukoll allegatament parti mill-operazzjoni, li torganizza laqgħat ma’m klijentela potenzjali. Kienet tgħid ukoll lin-nisa permezz ta’ messaġġi meta għandhom jiftħu il-bieb. Fix-xhieda ħareġ li fuq il-media soċjali li l-koppja kienu juru l-stil ta’ ħajja komda, b’Duncan Caruana regolarment ipoġġi ritratti tat-tliet karozzi Mercedes tiegħu, li xi drabi anke quddiem iċ-childcare centre inkwistjoni.

Sadanittant f’seduta preċedenti xehedu wkoll it-tliet nisa barranin, li huma mill-Amerika t’Isfel li iżda x-xhieda tagħhom instemgħet bil-magħluq. Dawn in-nisa qalu lilll-Pulizija li ġew Malta għal vaganza ta’ 15-il ġurnata u speċifikament biex jagħmlu kemxa flus. Għall-koppja deheru l-Avukati Edward Gatt, Mark Vassallo, Ishmael Psaila u Sean Zammit. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Nathaniel Falzon u Ramon Bonnet Sladden mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mgħejjuna mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Kylie Borg li nvestigaw il-każ.