Rapport: Stewart Said
SLIEMA FRANK SALT………… 12
SIRENS MECCA MARINE…… 3
(1-0), (3-1), (3-0), (5-2)
Sliema Frank Salt preparaw għall-play-offs bl-aħjar mod possibbli, b’rebħa faċli kontra Sirens Mecca Marine. Sliema kkontrollaw il-logħba bir-ritmu tagħhom, b’Jerome Gabarretta jirritorna għall-gowl wara nuqqas ta’ diversi logħbiet. Huma jistennew l-avversarji fis-semifinali tal-play-offs bejn Neptunes u San Ġiljan, dejjem skont kif jispiċċa l-konfront tas-Sibt. Sirens kellhom partita negattiva u prattikament qatt ma daħlu fil-logħba.
Jamie Gambin skorja l-uniku gowl tal-ewwel sessjoni b’konklużjoni mill-qrib. Sliema komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi ta’ Jayden Cutajar, Jerome Gabarretta u Liam Galea rispettivament, b’Isaiah Riolo jnaqqas id-distakk.
Sliema baqgħu fil-kontroll tal-logħba u ma kinitx sorpriża li skorjaw tlieta oħra mingħajr risposta, gowls li bihom aċċertaw mir-rebħa. Jerome Gabarretta, Benji Cachia u Kieyan Borg sabu x-xibka. Fl-aħħar sessjoni huma sabu l-ħin biex ikomplu jkabbru r-rebħa.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (3), L. Galea (1), D. Rizzo, M. Meli (1), B. Cachia (1), J. Cutajar (1), M. Mifsud, J. Brownrigg, J. Gambin (2), Z. Mizzi, D. Zammit (1), A. Theuma, K. Borg (2)
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, J. Sciberras, J. Zerafa Gregory, G. Farrugia, M. Chircop, I. Riolo (1), J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras (1), M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, G. Melillo, K. Agius
Referees: Danilo Mazzoccoli , Ronnie Spiteri
TA’ XBIEX AMIGOS…………… 9
MARSAXLOKK BROWN’S…… 7
(4-0), (3-3), (1-1), (1-3)
Ta’ Xbiex Amigos ikkonfermaw posthom fit-tielet post qabel il-bidu tal-play-offs. F’konfront bejn żewġ timijiet miżgħuda plejers żgħażagħ, Ta’ Xbiex kienu kważi tilfu dak li bnew wara bidu pożittiv.
It-tim ta’ Zoran Maslovar bena vantaġġ ta’ erba’ gowls fl-ewwel sessjoni, b’Jayden Cassar jispikka b’doppjetta. Il-vantaġġ kiber għal 6-0 sakemm Marsaxlokk stenbħu u qatgħu d-distakk bin-nofs, b’Jacob Saliba jagħmilhom 7-3.
Wara li Saliba żied ieħor u Ben Zammit naqqas id-distakk fit-tielet sessjoni, Marsaxlokk ittantaw jidħlu fil-logħba b’żewġ gowls fil-bidu tal-aħħar sessjoni għal 8-6. Iżda Jayden Cassar assigura mir-rebħa għal Ta’ Xbiex, bil-gowl ta’ Cain Cutajar ikun inutli.
Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina (1), J. Pace Mizzi, E. Meli, S. Engerer, J. Saliba (3), J. Cassar (3), E. Schembri (2), Z. Cutajar Licari, B. Attard Littschwager, J. Chircop, D. Galea Mule
Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri, C. Cutajar (1), B. Zammit (1), T. Agius, D. Bugeja, M. Zammit (2), L. Mallia (1), L. Saliba, R. Galea, G. Gatt, E. Mallia (1), M. Farrugia
Referees: Danilo Mazzoccoli, Richard Magri
OTTERS NIVEA……………….. 5
BARRACUDAS………………… 5
(0-1), (5-0), (0-2), (0-2)
Fl-aħħar ħarġa tagħhom għal dan l-istaġun, Barracudas irnexxielhom jiksbu l-ewwel punt fil-kampjonat. Otters għandhom għaliex iħossuhom diżappuntati li tilfu rebħa minn idejhom wara li kellhom il-kontroll tal-logħba għal ħafna mil-logħba.
Barracudas rebħu l-ewwel sessjoni 1-0 b’gowl ta’ Paul Micallef. Iżda fit-tieni sessjoni pattew għal żbalji tagħhom, b’Otters jiskorjaw ħamsa mingħajr risposta, tlieta minnhom minn penalties.
Reazzjoni mit-tim ta’ Michael Scerri, b’doppjetta ta’ Ryan Sciortino fit-tielet sessjoni, gowls li naqqsu d-distakk għal 5-3 u żammew lil Barracudas fil-logħba. Otters waqfu jesprimu l-aħjar tagħhom u ppermettew lill-avversarji jibqgħu fil-logħba. TJ Mifsud skorja minn penalty biex disa’ sekondi mit-tmiem, Ascanio Piccione ġab id-draw meritat.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna (1), L. Grech Carr (2), M. Farrugia, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech (1), L. Dimech, S. Apap, Z. Bartolo (1), A. Dimech, G. Gatt Ellis, K. Micallef, K. Lupi Spencer
Barracudas: M. Gouder, A. Piccione (1), A. Magri, P. Micallef (1), D. Ciantar, R. Sciortino (2), S. Aquilina, L. Galea, D. Camilleri, S. Camilleri, A. Mifsud, T.J. Mifsud (1), C. Bugeja, G. Bugeja, J. Erdogan
Referees: Mirko Schiavo, Stefan Licari
Logħob li jmiss
Is-Sibt 29 ta’ Lulju
Kampjonat Premier: Birżebbuġa v Exiles 5.00pm, Neptunes v San Ġiljan 7.10pm
L-Ewwel Diviżjoni: Valletta v Marsaskala 6.05pm
