Lokali

“B’irġulija u lealtà se nibqa’ nxammar kmiemi u naqdi dmiri fejn nintalab” – David Agius

Fl-aħħar diskors tiegħu fil-kapaċità ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius irringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ sostenn fil-mixja politika tiegħu.

Hu rringrazzja lill-familja tiegħu talli kienu dejjem warajha fil-mixja tiegħu.

Bilmod speċjali rringrazzja lill-kollega Robert Arrigo, li serva spalla ma’ spalla miegħu ukoll bħala Viċi Kap.

David Agius stqarr li issa li mhux se jkun Viċi Kap, se jibqa’ jagħti sehmu bis-sħiħ fil-Partit Nazzjonalista.

Hu qal li bl-irġulija, bir-rispett, b’ħafna lealtà bħal dejjem lejn it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, li se jibqa’ bil-kmiem imxammrin biex jaqdi dmiru fejn jintalab.

Agius  ħeġġeġ biex kull min għandu għal qalbu lill-pajjiż u lill-Partit jingħaqad, u jiġbed ħabel wieħed, biex bħalma l-Partit Nazzjonalista b’ħafna kuraġġ u determinazzjoni rnexxielu jbiddel il-wiċċ tal-pajjiż fid-deċenji li għaddew, u b’viżjoni daħħal lill-pajjiżna fl-UE, hekk ukoll se jirnexxilna naslu.