Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra mewta oħra kawża tal-Covid-19 sabiex b’hekk l-ammont totali ta’ fatalitajiet tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin laħaq 793.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kienu tal-inqas 51 persuna li ttestjaw pożittiv għall-pandemija f’pajjiżna filwaqt li 278 oħra ġew irreġistrati bħala mfejqa mill-virus.
Għaldaqstant il-każi attivi naqsu għal 1,940.
Intant dawk li jagħmlu swab test id-dar permezz ta’ self kit test, u eventwalment jittestjaw pożittiv, huma mħeġġa sabiex jagħmlu kuntatt mal-awtoritajiet konċernati għal fini ta’ contact tracing.