Is-sewwieq ta’ Mercedes George Russell rebaħ il-Pole Position fl-Ungerija biex b’hekk se jkun qed jibda fl-ewwel post fil-Grand Prix ta’ għada. Fit-tieni post se jibda Carlos Sainz ta’ Ferrari segwit minn sieħbu tal-istess tim Charles Leclerc. Lando Norris ta’ McLaren se jibda mir-raba’ post segwit mi-żewġ sewwieq ta’ Alpine Esteban Ocon u Fernando Alonso li se jibdew mill-ħames u s-sitt post rispettivament. Lewis Hamilton se jibda mis-seba’ post segwit minn Valtteri Bottas ta’ Alfa Romeo fit-tmien post. Daniel Ricciardo ta’ McLaren se jibda mid-disa’ post b’Max Verstappen ta’ RedBull se jibda mill-għaxar post.
//= $special ?>